Gowl fl-aħħar minuti minn John Brooks ta t-tliet punti lill-Istati Uniti kontra l-Ghana, minn Grupp G. Kien Clint Dempsey li tefa’ lill-Istati Uniti fil-vantaġġ fid-29 minuta, f’dawk li hu mmarkat bħala l-ħames l-aktar gowl li sar kmieni fil-logħba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Dan il-gowl ma qatax qalb il-plejers tal-Ghana, li għamlu l-almu kollu tagħhom biex iġibu l-iskor indaqs, sakemm irnexxielhom jagħmlu dan fil-81 minuta b’xutt minn André Ayew. Madankollu, il-plejers u l-partitarji tal-Ghana ma tantx damu jgawdu dan ir-riżultat għax wara biss erba’ minuti, Brooks għalaq il-logħba b’xutt fl-għoli tax-xibka u ħa t-tliet punti lejn l-iStates.
//= $special ?>

