Il-bandiera ta’ Valletta FC spiċċat imdendla bi prominenza ma wieħed mill-monumenti fil-Brażil. Dan hekk kif partitarju Belti, Mazzola Gafa, li jinsab f’dan il-pajjiż biex isegwi wħud mill-partiti tat-Tazza tad-Dinja xtaq li bħala rikordju jkollu ritratt tal-bandiera tat-tim tant għal qalbu tant bogħod minn xtutna.
Dar ir-ritratt kien ippublikat mill-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-paġna li ta’ kuljum qed tippublika ritratti u stejjer kurjużi u mhux tas-soltu marbuta mat-Tazza tad-Dinja kif ukoll l-aħħar aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti lokali. Fuq Replay (Net Television) għaddejja wkoll kompetizzjoni b’dawk li jieħdu sehem jidħlu fiċ-ċans li jirbħu wieħed minn għażla ta’ flokkijiet ta’ timijiet nazzjonali li qed jieħdu sehem f’din l-ikbar kompetizzjoni tal-futbol internazzjonali.
//= $special ?>