Lokali Parlament

Il-PAC jiddiskuti l-kuntratt ta’ Henley & Partners u l-kuntratt tal-Australia Hall

Il-Gvern qed jibqa’ joġġezzjona li jippubblika l-kuntratt ta’ Henley & Partners dwar il-bejgħ taċ-!Ċittadinanza Maltija. Dan minkejja li l-kumpanija diġà ddikjarat li m’għandha l-ebda oġġezzjoni li dan ikun ippubblikat. Din l-oġġezzjoni kienet magħmula fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) mill-Ministru Owen Bonnici wara intervent tad-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech.

Il-PAC iddiskuta wkoll il-kuntratt tal-Australia Hall, fejn xehed il-Ministru Michael Farrugia, li meta twaqqgħet il-kawża dwar l-Australia Hall kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet tal-Gvern. Kien il-Gvern Nazzjonlaista li fl-2010 fetaħ kawża kontra l-Partit Laburista dwar l-abbandun totali tal-Australia Hall, li hi propjetà b’valur storiku kbir.

Ippressat b’mistoqsijiet tad-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Tonio Fenech, il-Ministru Michael Farrugia ma weġibx dwar min ta l-ordni politika fil-Gvern Laburista ħalli l-kawża kontra l-PL titwaqqa’. Iż-żewġ Deputati Nazzjonalisti spjegaw kif minn xhieda ta’ Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet fil-Qorti, jirriżulta li hemm korrispondenza li tikkonferma li kien hemm deċiżjoni politika biex din il-kawża titwaqqa’.

Fil-PAC xehed ukoll id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li serva wkoll bħala Ministru responasbbli mill-Artijiet. Hu spjega kif il-PL kien abbanduna l-Australia Hall wara li kien akkwistaha f’kundizzjoni mill-aqwa fl-1979 meta telqu s-servizzi Ingliżi. Jason Azzopardi spjega li fl-1988, l-Austrlia Hall ingħatat in-nar, b’suspetti kif dan qabad minħabba li l-Australia Hall ma kellhiex dawl u għax dan tqababd f’12am.

Quddiem din is-sistwazzjoni, sostna Jason Azzopardi, il-PL kien kiser il-kuntratt dwar l-Australia Hall u abbandunaha għal snin twal, tant li kien biss 12-il sena wara l-ħruq li kien daħħal applikazzjoni ghar-restawr. Din l-applikazzjoni daħlet propju fix-xahar meta l-Gvern Nazzjonalista kien beda l-proċeduri kontra l-PL dwar l-abbandun ta’ din il-propjetà storika.