L-istatistika għandha rwol importanti u fundamentali biex il-pajjiż ikollu l-aħjar stampa, u fil-fatt l-istampa reali tal-problemi soċjali biex is-soluzzjonijiet ikunu jistgħu ikunu implimentati b’aktar reqqa.
Dan sostnietu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca f’laqgħa li kellha maċ-Chairmam tal-Awtorita’ Maltija tal-Istatistika Albert Leone Ganado u mad-Direttur Generali tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika Michael Pace Ross waqt żjara ta’ korteżija li għamlulha fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt.
Il-President ta’ Malta spjegat kif l-aspett soċjali, fosthom it-tfal, il-faqar, l-inugwaljanza u l-familji bi bżonnijiet speċjali, se jingħataw prijorita’ mill-Presidenza tagħha.
Għalhekk hu vitali li l-Presidenza jkollha l-istatistika adegwata u korretta biex b’hekk il-problemi jkunu jistgħu jiġu identifikati aħjar u minn kmieni.
Permezz tal-Istatistika, sostniet il-President Marie Louise Coleiro Preca, il-pajjiz jista’ jidentifika x-xejriet ta’ diversi problemi socjali.
Marie Louise Coleeiro Preca qalet li l-pajjiż għandu jkollu l-istatistika soċjali tiegħu biex jintroduċi ċerti inizjattivi u mhux jattwa dik ta’ pajjiżi barrani u jagħmel paraguni. Il-President ta’ Malta spjegat ukoll li l-Forum tal-President għandu jservi bħala forum li fih l-imsiehba soċjali jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu r-realta’ tas-soċjeta’.
//= $special ?>