Lokali

Raġel fuq mutur jittajjar minn karozza f’Ħal Lija

Raġel ta’ 55 sena minn Pembroke, li kien fuq mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li ttajjar minn karozza fi Triq in-Naxxar, Ħal Lija.

Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-10.15am, ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Honda Varadero, meta għal xi raġuni ttajjar mill-karozza tat-tip Honda Accord, misjuqa minn mara ta’ 41 sena mill-Mosta.

Għalkemm il-kundizzjoni ta’ saħħet ir-raġel għadha mhix magħrufa, ir-raġel mhuwiex fil-periklu li jitlef ħajtu.