Internazzjonali

Suldati se jintbagħtu l-Iraq biex joffru protezzjoni lill-Ambaxxata Amerikana f’Bagdad

Madwar 275 suldat mistennija jintbagħtu fl-Iraq biex joffru protezzjoni lill-Ambaxxata Amerikana f’Bagdad u lil numru ta’ persuni oħrajn. Dawn mistennija jgħinu wkoll fir-rilokazzjoni temporanja ta’ wħud mill-istaff tal-istess Ambaxxata.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar ġimgħa l-ġellieda mill-grupp militanti ISIS ħadu l-kontroll ta’ numru ta’ bliet u rħula Iraqini. Fl-istess waqt, l-Istati Uniti tinsab lesta tiddiskuti numru ta’ miżuri mal-Iraq bit-tama li dawn iwasslu biex jitwaqqaf l-avvanz tar-ribelli.