Futbol Sport

Ir-Russi u l-Koreani ta’ Isfel jaqsmu l-punti fl-ewwel logħba tagħhom

Bi żbalji li setgħu faċilment jiġu evitati miż-żewġ timijiet, il-logħba minn Grupp H bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Isfel spiċċat fi draw ta’ 1-1. Wara diversi tentattivi miż-żewġ naħat iż-żewġ timijiet baqgħu bla gowl.

Iżda meta kollox deher li l-logħba kienet qed tispiċċa mingħajr gowl, fl-aħħar minuti l-Koreani iċċelebraw il-ftuħ tar-riżultat u dak li kollox wera li se jkun l-uniku gowl tal-logħba. Il-1-0 għall-Korea ta’ Isfel wasal meta xutt ta’ Lee Keunho minn barra l-kaxxa l-kbira kien ċentrali għal idejn il-gowler Russu. Madankollu, il-ballun ‘ħarab’ minn idejn Akinfeev, bil-konsegwenza li l-Koreani marru fil-vantaġġ.

Il-battalja sportiva bejn iż-żewġ naħat kompliet sakemm meritatament ir-Russi ġabu l-gowl tad-draw. Fil-fatt, ir-Russu Kokorin ħa l-okkażjoni u qabeż id-difiża Koreana kollha sakemm għalaq il-logħba bi draw meritat ta’ gowl kull naħa.