Lokali Xjenza u Teknoloġija

Ħsarat fis-servizzi tal-GO f’Baħar iċ-Ċagħaq

Fi stqarrija l-kumpanija GO ħabbret li minħabba xogħlijiet li qed isiru minn terzi persuni fl-inħawi tat-triq is-Salina,  f’ Baħar iċ-Ċagħaq,  hija kienet ġarbet ħsara estensiva fl-infrastruttura  tagħha li qed taffettwa s-servizzi. Dawn is-servizzi jistgħu jinkludu l-użu tal-mowbajl f’ċertu nħawi.

Fost il-lokalitajiet affettwati hemm Baħar ic-Cagħaq, Pembroke, Madliena u parti minn San Ġiljan, Ibragg, Swieqi u San Gwann. Fl-istqarrija il-kumpanija qalet li qed tantiċipa li s-servizz jerġa jiġi għan-normal aktar tard illum . GO skużat ruħha għall-inkonvenjenza kkawżata minħabba din l-interruzzjoni.