Fjamingu jew kif jissejaħ bl-Ingliż ‘flamingo’ wasal Malta l-bieraħ fejn osservaturi ta’ l-għasafar rawh f’Marsaxlokk u wara fis-Salina l-Qawra fejn issa jidher li dan il-fjamingu jinstab temporanjament.
“Diffiċli tkun taf għandniex nkunu eċċitati jew mħassba” sostna Christian Debono, kelliem għal Birdlife Malta. L-istess kelliem spjega li Birdlife Malta permezz tal-mpjegati tagħha, volontiera, residenti u l-pulizija qegħda għassa mal-fjamingu sabiex jiġi evitat dak li seħħ f’Ġunju tas-sena l-oħra.
Fl-istess stqarrija Birdlife Malta qalet li dawk li jixtiequ jgħinu fdin il-ħidma għandhom jagħmlu kuntatt ma’ l-għaqda fuq 21347644, 21347645 u 21647646. Ħabbru wkoll li s-Sibt u l-Ħadd li ġej ser ikollhom post apposta min fejn il-pubbliku jista’ josserva lil fjamingu fis-Salina. Dan fl-istess jiem meta bejn id-disgħa ta’ filgħodu u l-ħdax ta’ filgħodu ser ikun hemm ftuħ tal-Għadira Nature Reserve.
//= $special ?>