Id-Direttur Ġenerali ta’ Vittoriosa Stars Felice Bellini, li għadu kif ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni sal-2016, ikkuntattja lill-eks President ta’ Naxxar Lions Dione Drago biex jingħaqad mal-klabb Naxxari.
Qal dan l-istess Drago f’kumment li għadda fuq il-grupp “Football in Malta” fuq Facebook. Drago kiteb dan il-kumment wara li s-sit soccerwebs24, li ħabbar li Bellini kien ġedded, irrappurtat li Bellini allegatament qal li s-salvazzjoni ta’ Vittoriosa Stars fil-Premier “ma seħħitx fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat minħabba sitwazzjoni mhux marbuta mal-futbol milgħub”.
Dione Drago staqsa jekk Bellini għaddiex dan il-kumment għar-raġuni li hu kien infurmah li mhux interessat fis-servizzi tiegħu u qal li jekk Bellini jaħseb li “Naxxar FC għamlu xi ħaġa mhux korretta, mhux aħjar imur jagħmel rapport jew l-MFA jew il-Pulizija, milli joqgħod jitfa’ t-tajn?”.
//= $special ?>