Mill-bidu ta’ din il-ġimgħa, il-kumpless Belle View beda jitwaqqa’ biex issa jagħmel spazju għal investiment ġdid li daħlet għalih il-kumpanija GS Store, li s-sidien tagħha huma fost l-oħrajn l-istess propjetarji tal-GS Supermarket tan-Naxxar u l-kumpless Shoppers fil-Mellieħa stess.
F’dan il-proġett, il-bini tal-Belle View se jitwaqqa’ kompletament u se jinbidel f’supermarket u appartamenti lussużi. Permezz ta’ dan is-servizz, MaltaRightNow.com fl-aħħar sigħat żar il-Mellieħa u tkellem mal-membri tal-familja Vella, li huma l-propjetarji tal-Bellview.
Barra minhekk, il-ġurnalist Jerome Caruana Cilia tkellem wkoll mas-sid il-ġdid, li se jiżviluppa dan il-post.
//= $special ?>