Ninsabu ftit aktar minn ħames ġimgħat il-bogħod mill-ftuħ tal-20 Edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow l-Iskozja.
70 pajjiż jew territorju fi ħdan il-Commonwealth se jieħdu sehem f’edizzjoni li tiftaħ uffiċjalment biċ-Ċerimonja tal-Ftuħ fit-23 ta’ Lulju minn meta 261 kompetizzjoni fi 17 il-dixxiplina olimpika jgħatu bidu għall-Logħob li wara l-Logħob Olimpiku huwa meqjus bħala l-aktar ta’ prestiġju.
Ir-rotta tal-Baton tal-Commonwealth wara li fix-xhur li għaddew żaret il-pajjiżi kollha fi ħdan il-Commonwealth issa bdiet ir-rotta madwar ir-Renju Unit sa kemm fit-22 ta’ Lulju tasal Glasgow .
F’dawn il-granet il-baton kienet f’Haddington. Il-Logħob jibqa għaddej sat-3 ta’ Awissu,
Filwaqt li l-Ingilterra ħabbret illi r-rebbieħ Olimpiku Mo Farah se jieħu sehem fil-5000 u l-10000 metru fil-ġranet li ġejjin il-Kumitat Olimpiku Malti mistenni jħabbar il-lista ta’ Atleti Maltin .
F’dan il-Logħob Malta rebħet tlett medalji tal-bronz u waħda tal-fidda permezz tal-judoka Laurie Pace fl-1989, William Chetcuti fl-2002 u 2006 u Rebecca Madyson fl-2006.
//= $special ?>

