Internazzjonali

Il-President Ukren fi sforz ieħor favur il-paċi

Il-President Ukren Petro Poroshenko offra li t-truppi ta’ pajjiżu josservaw waqfien temporanju mill-ġlied biex il-militanti favur ir-Russja li hemm fil-Lvant tal-pajjiż iċedu l-armi.

Hu ħabbar dan wara li tkellem permezz tat-telefon mal-President Russu Vladimir Putin – u ddiskutew il-kriżi.

Din hi waħda minn sensiela ta’ proposti min-naħa tal-President il-ġdid tal-Ukrajna, bħala parti minn pjan biex fl-Ukrajna jerġa’ jkun hemm il-paċi u stabbilta’.   Pero’ wieħed mill-gruppi tas-separatisti Russi diġa’ rrifjuta l-offerta ta’ Poroshenko.