Mara sofriet feriti ħfief wara li kmienni waranofsinhar intlaqtet minn mutur f’San Ġiljan. L-inċident seħħ quddiem Portomaso, fejn mara kienet qed taqsam it-triq. Hi ntlaqtet mill-mutur, li kien qed jinstaq minn raġel li kien hu stess li ta l-ewwel għajnuna lill-mara fil-post.
Ir-raġel kellu miegħu first aid kit, filwaqt li għen lill-mara sakemm fil-post waslet Ambulanza. Din ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn fortunatament irriżulta li qed issofri biss minn feriti ħfief.
//= $special ?>