Internazzjonali Unjoni Ewropea

Renzi jesprimi l-appoġġ lil Juncker

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi ħabbar li se jkun qed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew Jean Claude Juncker biex jinħatar President ġdid tal-Kummissjoni Ewropea.

Dan hekk kif fl-aħħar sigħat, is-Soċjalisti eleġġew lil Martin Schulz, li kien avversarju ta’ Juncker għall-Presidenza tal-Kummissjoni, bħala l-President il-ġdid tal-Grupp tagħhom fil-Parlament Ewropew. B’hekk, Schulz se jieħu post Hannes Swoboda.

Fl-ewwel diskors tiegħu f’din il-kariga, li jfisser li issa ma jistax jibqa’ President tal-Parlament Ewropew, Schulz heggeg lill-Kunsill Ewropew biex japprova n-nomina ta’ Juncker ghal President tal-Kummissjoni.