Lokali

Approvat il-permess għall-ippjanar għal titjib fi Triq il-Kosta

F’laqgħa li saret illum wara nofsinhar il-Bord tal-MEPA approva permess għall-ippjanar għal titijib ta’ parti minn Triq il-Kosta li hija eqreb lejn Qalet Marku wara li kien assigurat li l-applikant ipprova jsib soluzzjoni li tirrispetta iktar l-ambjent.

Il-Bord tal-MEPA kien talab lil Transport Malta biex tirrevedi l-pjani proposti minnha sabiex tinstab alternattiva li tillimta t-teħid tal-art f’żoni protetti qrib is-Salini.

Il-pjani approvati eliminaw kompletament round up li kienet proposta li ssir ħdejn id-dħul għal Magħtab u jinkludu żona żgħira ta’ parkeġġ qrib il-bajja ta’ Qalet Marku.