Futbol Sport

Bidu tajjeb għal Mifsud ma’ Sliema fl-Euro Cup.

Hibernians – 0
Sliema W – 3

Hibernians: D. Balzan, B. Muscat, J. Pearson, M. Bartolo, T. Caruana, B. Kristensen, J. Lima, A. Cohen C. Failla, R. Ahmadi, Z. Levniac.
Sost: J. Degariele, J. Bezzina, A. Azzopardi, J. Mbong.

Sliema W: G. Zammit, A. Muscat, A. Scozzese, J. Mintoff, M. Scerri, M. Mifsud, S. Ohawuchi, R. Dalli, P. Barbetti, B. Muscat, S. Bianciardi.
Sost: H. Bonello, L. Martinelli, M. Potezika, P. Xuereb, M. Ciantar, A. Xuereb, J. Mifsud.

Skorjaw: M. Mifsud 29′, S. Ohawuchi 48′, 59′.

Referee: C. Pisani.

Il-Captain internazzjonali Malti Michael Mifsud kellu ritorn pożittiv bil-flokk ta’ Sliema Wanderers meta fit-taqsima li lagħab għen lit-tim jikseb rebħa ta’ 3-0 kontra Hibernians, fl-ewwel logħba mill-Euro Cup, turnament kwadrangulari bejn l-erba’ timijiet li se jirrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA. Iż-żewġ timijiet l-oħrajn huma Valletta u B’Kara, li jkunu fl-azzjoni llum.

Kif mistenni, il-partita kienet mimlija sostituzzjonijiet miż-żewġ naħat, b’massimu ta’ sitta kull naħa, iżda Hibs xorta spiċċaw bi plejer anqas meta weġġa’ Lima u kienu diġà wżaw is-sostituzzjonijiet kollha.

L-ewwel goal tal-istaġun il-ġdid wasal minn Michael MIFSUD, b’xutt fil-baxx angolat wara ħarba tipika. Ftit qabel, Cohen kien laqat il-lasta minn freekick għal Hibs.

Appena tliet minuti mit-tieni taqsima, kien OHAWUCHI li qabbeż fuq Balzan u rdoppja, filwaqt li fid-69 minuta, l-istess plejer għalaq il-logħba bit-tieni gowl personali wara li ħarab in-nasba tal-offside.

Tmien minuti mit-tmiem, Triston Caruana, li kien qed jirritorna mal-Pawlisti wara l-esperjenza ma’ Qormi, xeħet barra minn freekick.