Futbol Sport

Il-Kroazja tiddomina lill-Kamerun

Il-Kamerun reġgħet falliet milli tissupera l-istadju tal-gruppi fit-Tazza tad-Dinja meta ġarrbet telfa kbira kontra l-Kroazja bi skor ta’ 4-0. L-iskor infetaħ wara 11-il minuta, b’gowl tal-Kroat Ivica Olic. Is-sitwazzjoni kompliet titqal għall-Kamerun, meta r-referee keċċa lil Alex Song wara battibekk mal-Kroat Mario Mandzukic.

Il-Kroazja kompliet tiddomina anke fit-tieni taqsima. Wara biss żewġ minuti Ivan Perisic għamilhom 2-0, filwaqt li Mandzukic serraħ ras il-Kroati bit-3-0 fis-60 minuta logħob. L-istess Mandzukic iffirma d-doppjetta persona tiegħu meta fit-72 minuta għamilhom 4-0 b’xutt mill-viċin.

Wara dan ir-riżultat, issa t-tim Kroat jibda jipprepara għal-logħba deċiżiva mal-Messiku, konxji li rebħa tassiguralhom il-kwalifikazzjoni għall-istadju li jmiss. Min-naħa l-oħra, il-Kamerun lesta biex tirritorna d-dar fl-aħħar tal-istadju tal-grupp, jiġri x’jiġri mil-logħba li jmiss.