Futbol Sport

Konsorzju barrani jinsab interessat li jinvesti fil-klabb ta’ Vittoriosa Stars F.C.

Konsorzju barrani jinsab interessat li jinvesti fil-klabb ta’ Vittoriosa Stars F.C. tant li fil-ġimgħat li għaddew, il-President Erskine Vella u t-Team Manager Marlon Galea kienu Milan biex jiltaqgħu ma’ dan il-konsorzju.

Ħabbar dan il-President Vella stess waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb li saret l-Erbgħa. Hu qal ukoll li membri ta’ dan il-konsorzju waslu f’pajjiżna fejn raw l-assi tal-klabb u l-opportunitajiet marbuta miegħu.

Vella esprima ottimiżmu li fil-futur qarib tibda ħidma ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ naħat u minn naħa tiegħu l-klabb se jniedi proġett innovattiv bl-għajnuna tal-Gvern u fondi Ewropej biex iżid id-dħul tiegħu u jsir iktar self suffiċenti. Tħabbar ukoll li l-klabb se jingħata somma sostanzjali mill-Good Causes Fund biex isir il-proġett tal-Vittoriosa Sports Club.

Fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat se titressaq ukoll emenda ġdida fl-istatut biex it-terminu ta’ President jitwal għal tliet snin. Dan wara li konsorzji differenti riedu jaraw iktar stabbilta’ fit-tmexxija tal-klabb.

lntant matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġie elett kumitat ġdid iffurmat minnn Erskine Vella, Laurence Seychell, Jeffrey Grixti, Jonathan Vella, Joe Formosa, Matthew Raggio, Renald Ciantar, Simon Borg, Roderick Privitelli, Marlon Galea, Brian Busuttil, Joseph Ludwig Cassar, Lawrence Mifsud u Caroline Borg.