Dalgħodu tressqet fil-Qorti ta’ Għawdex omm it-tifel li t-Tlieta li għadda nstab waħdu f’għalqa f’Marsalforn. Fost akkużi oħrajn, l-omm, li hi Ġermaniża, qed tiġi mixlija b’abbandun ta’ minoreni.
Dan wara l-każ irrappurtat fil-media lbieraħ dwar l-investigazzjonijiet li qed jagħmlu l-Pulizija dwar numru ta’ Ġermaniżi li kienu rrappurtati nieqsa fil-Ġermanja u nstabu bi żball f’Marsalforn Għawdex. Quddiem il-Maġistrat Vella Cuschieri, hi wieġbet li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u ma ngħatatx il-libertà proviżorja.
Sadanittant, rapporti fuq il-media qed jgħidu li l-Pulizija Maltija qed tistenna l-aħħar żviluppi mill-awtoritajiet Ġermaniżi dwar jekk dawn l-ommijiet hux se jintbagħtu lura lejn il-Ġermanja.
//= $special ?>