Lokali

Proġetti ta’ inovazzjoni fi proġett ta’ 100,000 ewro

Università ta' Malta

Disa’ proġetti ta’ innovazzjoni ingħataw bejniethom l-ammont ta’ 100,000 ewro fi proġett bejn l-università ta’ Malta u l-Ministeru tal-Ekonomija.

Fi preżentazzjoni fl-Università ingħatat informazzjoni wara dawn il-proġetti li ntgħażlu fost 30 applikazzjoni. Għall-preżentazzjoni attendew il-Rettur tal-Universita Juanito Caamilleri u l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona.

Il-proġetti ta’ innovazzjoni jvarjaw bejn proġetti ta’ informazzjoni diġitali għas-settur kummerċjali, proġetti fit-teknologija tal-informazzjoni u anki proġetti fl-aspett sportiv bħal-logħob, betting u analiżi ta’ rriżultati.

Proġetti oħra huma fis-settur tas-saħħa, tal-antennas, tal-mużika u tal-enerġija offshore.

Il-Ministru Cardona u r-Rettur tal-Universita tkellmu dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni u spjegaw kif din hi opportunita mill-aqwa biex studenti Maltin itejbu l-ħiliet tagħhom u jwettquhom. Id-disa’ inzijattivi magħżula ingħataw għotjiet li jvarjaw bejn il-5000 u t-18,000 ewro.