URUGWAJ……………….2
INGILTERRA…………..1
Urugwaj: Muslera, Gimenez, Godin, Caceres, Pereira, Lodeiro (Stuani 67′), Gonzalez (Fucile 78′), Arevalo Rios, Rodriguez, Cavani, Suarez (Coates 87′)
Ingilterra: Hart, Johnson, Cahill, Jagielka, Baines, Gerrard, Henderson (Lambert 87′), Sterling (Barkley 64′), Rooney, Welbeck (Lallana 71′), Sturridge
Imwissija: Godin 9′ (U), Gerrard (68′)
Skurjaw: Suarez 39′, 85′ (U), Rooney 75′ (I)
Referee: Carlos Velasco Carballo (SPA)
Żewġ gowls tal-attakkant ta’ Liverpool Luis Suarez taw rebħa ta’ 2-1 lill-Uurgwaj fuq l-Ingilterra u b’din it-telfa t-tim ta’ Roy Hodgson jinsab f’riskju kbir li jkun eliminat mit-Tazza tad-Dinja f’fażi bikrijja.
Il-kowċ tal-Urugwaj Tabarez għamel ħames tibdiliet mit-telfa kontra l-Costa Rica u dawn kellhom lill-captain Diego Lugano nieqes minħabba injury imma l-attakkant Suarez irkupra u beda mal-ewwel 11. L-Ingliżi bdew bl-istess tim li lagħab kontra l-Italja. L-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata iżda aktar ma beda jgħaddi ħin kienu l-Urugwaj li bdew jiddettaw il-logħob. Wara 10 minuti l-Ingliżi kellhom free kick ta’ Rooney li mar kemmxejn barra. Mal-kwarta logħob waslet ir-reazzjoni tal-Urugwaj meta Rodriguez, li kien f’qagħda tajba fil-kaxxa ra x-xutt tiegħu jmur ftit barra. Il-ballun kompla tiela u nieżel u mat-30 minuta kienu l-Ingliżi li kellhom ċans tajjeb meta Rooney laqat il-lasta b’daqqa ta’ ras wara li irċieva cross mingħand Gerrard minn azzjoni ta’ free kick.
Disa’ minuti wara l-Urugwaj fetħu l-iskor u l-awtur tal-gowl kien ħadd ħlief Luis SUAREZ li irċieva cross mingħand Cavani u bir-ras għeleb lil Joe Hart għal skor ta’ 1-0. Immedjatament wara waslet ir-reazzjoni tal-Ingliżi permezz ta’ Sturridge li impenja lil Muslera li salva f’corner.
Hekk kif bdiet it-tieni taqsima l-Urugwaj marru ferm viċin li jirduppjaw l-iskor imma Hart salva tajjeb fuq Suarez. Mintui wara it-tim mill-Amerika t’Isfel reġa’ kellu ċans ieħor u din id-darba kien l-attakkant ta’ PSG Cavani li daħal fil-kaxxa u minn pożizzjoni angulata ra t-tentattiv fil-baxx tiegħu jgħaddi ftit barra.
L-Ingilterra wieġbu b’ċans ta’ Rooney li kien imċaħħad b’save stupend ta’ Muslera. Kwarta mit-tmiem ROONEY ġab id-draw bir-raba’ xutt tiegħu fil-partita wara li kien irċieva ballun mingħand Glen Johnson u bl-aktar mod faċli għamel l-iskor 1-1. Dan kien l-ewwel gowl li skurja Rooney fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.
Hekk kif kollox deher li dawn iż-żewġ timijiet kienu se jieħdu punt kull wieħed, l-Urugwaj reġgħu marru fil-vantaġġ fit-85 minuta. Għal darba oħra reġa’ kien SUAREZ li approfitta minn żball ta’ Gerrard li xellef il-ballun fid-direzzjoni tiegħu minn goalkick ta’ Muslera.
L-Urugwaj iddefendew tajjeb sal-aħħar biex ħadu tliet punti u issa jmisshom jilagħbu kontra l-Italja filwaqt li l-Ingliżi issa jmisshom jaffrontaw lill-Costa Rica.
//= $special ?>