Filwaqt li tal-qalba jiffangaw, il-Gvern qed jagħmel tajjeb għal din l-ispiża billi jaqta’ mill-benefiċċji għall-bqija. Jidher li issa jmiss l-ogħla karigi fiċ-Ċivil li jduqu x-xeħħa tal-Gvern. Dan hekk kif il-performance bonus tad-Diretturi, l-Assistenti Diretturi u s-Service Managers ġie limitat għal 10%.
Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li kull sena, fil-bidu ta’ Jannar, id-Diretturi u nies f’karigi oħrajn għoljin fiċ-Ċivil jiffirmaw għal performance bonus li jkun maqbul mas-Segretarju Permanenti u jingħataw kopja. Din is-sena, qalulna l-istess sorsi, ġara l-istess iżda ma ngħatawx kopja tal-ftehim.
Issa jidher evidenti għaliex ma ngħatawx il-kopja tal-ftehim. Dan għaliex mal-paga ta’ Mejju, min kellu performance bonus ta’ aktar minn 10%, dan tnaqqaslu mingħajr spjegazzjoni għal 10% fil-mija mis-Segretarju Permanenti Prinċipali. Bħala medja, id-Diretturi sofrew telf ta’ madwar €1,000.
Il-persuni li tkellmu magħna qalu li jinsabu rrabjati li għal persuni bħall-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, il-Gvern lest joħroġ €13,000 fix-xahar minghajr ma jingħata rendikont tax-xogħol li qed tagħmel, filwaqt mad-Diretturi u l-karigi oħrajn, il-Gvern qed jixxaħħaħ u jċaħħadhom mill-bonus li ħadmu għalih meta laħqu l-miri stabbiliti li jikkwalifikawhom għall-istess bonus.
Jidher li dan it-tnaqqis fil-performance bonus ma kienx limitat biss għad-Dipartimenti tal-Gvern, iżda ġara l-istess fil-Korp tal-Pulizija mir-rank ta’ Supretendent ‘il fuq, li huma ntitolati għal performance bonus.
//= $special ?>