L-EUCDW, li hija organizzazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema Demokristjani, appellat lill-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea biex fil-Kunsill Ewropew li jmiss japprovaw lil Jean Claude Juncker bħala l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, u b’hekk jirrispettaw dak li jgħid it-Trattat tal-Unjoni Ewropa, imma fuq kollox il-verdett tal-Ewropej li fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew reġgħu taw maġġoranza lill-PPE – il-partit li f’ismu Juncker huwa kandidat għal din il-kariga.
L-EUCDW iddikjarat l-appoġġ sħiħ tagħha għal Jean-Claude Juncker u qalet li hi fiduċjuża li hu jista’ jsaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, li taspira għal tkabbir ekonomiku ta’ kwalita’ u t-tisħiħ fl-impjiegi, bħala l-qofol tal-mandat li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>

