Logħba missielta bejn il-Ġappun u l-Greċja spiċċat bi draw ta’ mingħajr gowls, biż-żewġ timijiet għadhom qed jittamaw li jaqbżu għall-istadju li jmiss minn Grupp Ċ.
Mingħajr l-ebda gowl, iżda fost ħafna azzjonijiet miż-żewġ naħat, il-logħba għall-Griegi kompliet tikkomplika ruħha. Dan hekk kif ftit qabel il-mistrieħ, il-captain Grieg Konstantinos Katsouranis intwera t-tieni karta safra u allura l-ħamra biex il-Greċja kompliet il-logħba b’10 plejers.
//= $special ?>

