Internazzjonali Kurżitajiet

Filmat miċ-Ċina: Tfajla umiljata fil-pubbliku wara li nqabdet tisraq f’suq

Sa minn ċkunitna dejjem għallmuna li s-serq hu ħażin. Għallmuna wkoll li meta tisraq trid tħallas għal għemilek.

Sa ċertu punt hekk ġralha din it-tfajla Ċiniża, li fil-jiem li għaddew inqabdet tisraq minn suq fiż-żona fejn toqgħod. F’dan il-każ, wara li nqabdet tisraq, it-tfajla ġiet umiljata pubblikament fis-suq stess billi twaħħlulha tabelli bil-kitba “Reġina tas-Serq”.

Minbarra li ngħatat dversi kummenti u tgħajjir minn dawk li kienu preżenti, kien hemm ukoll min għażel li jerfa’ idu fuqha u jċapċpilha tnejn f’wiċċha!