Lokali

Filmat: Tmiem ta’ suċċess għal Ultramed Challenge

L-Ultramed Challenge biex jinġabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Inspire, li bdiet f’Korsika u ntemmet f’Sardenja l-Erbgħa, laħqet l-għan tagħha tant li s’issa inġabru aktar minn 40 elf ewro.

Il-protagonist ewlieni ta’ din l-isfida kien il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Inspire, Nathan Farrugia li ġera għal 160 kilometru f’Korsika, qasam il-fliegu ta’ Bonifacio b’għawma ta’ 15-il kilometru, u qadef bir-rota tul il-kosta ta’ Sardenja għal 445 kilometru.

Nathan Farrugia wasal Malta l-Ġimgħa kmieni wara nofsinhar u fl-ajruport intlaqa’ minn martu Deirdre u uliedu Robyn u Keira.

L-iskop ta’ din l-isfida kien li tinġabar is-somma ta’ 50 elf ewro b’risq l-Inspire.

B’kollox ir-rotta tal-Ultramed Challenge kienet twila 666 kilometru li minnhom Nathan Farrugia m’għamilx biss 40 kilometru ta’ ġiri minn total ta’ aktar minn 200 minħabba l-problemi li kellu minħabba dehyration.

L-aħħar tappa, fuq ir-rota, ħaditlu 15-il siegħa sħaħ, li matulhom kien waħdu – għax it-tim li kellu miegħu rritorna Malta qabel – u kien fil-ħdax ta’ bil-lejl tal-Erbgħa, qabel il-ħin skedat, li Nathan qabeż il-finish line.