Il-Korp tal-Pulizija, kemm fl-Għases kif ukoll fil-Kwartieri Ġenerali (id-Depot)) fil-Furjana, qed iqassam lill-membri tiegħu l-formoli tal-General Workers Union (GWU) biex il-membri tal-Korp jissieħbu fil-Police Officers Union li l-GWU waqqfet fi ħdanha.
Fost l-oħrajn, MaltaRightNow.com hu nfurmat li dawn il-formoli qed jitqassmu mill-Maġġur Ray Zammit u mill-Ispettur Sandro Camilleri, li jmexxi l-Uffiċċju Legali tal-Pulizija u li laħaq il-President tal-Union tal-Pulizija.
Mhux magħruf jekk il-Pulizija li jridu jissieħbu fil-Police Union tal-GWU jistgħux jiġbru l-formoli wkoll mill-kwartieri tal-Union. Il-GWU waqqfet trejdunion għall-Pulizija f’Mejju li għadda wara li l-Gvern ħabbar li se jagħti d-dritt lill-membri tal-korpi dixxiplinati jissieħbu f’Union.
Min-naħa tagħha, il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ilmentat li hi qatt ma ngħatat l-opportunità li toffri l-proposti tagħha ħalli tifforma hi wkoll union għall-Pulizija. Anke l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta ħabbret li kienet se twaqqaf union indipendenti għall-membri tagħha fil-Korp.
//= $special ?>