F’sentenza mogħtija mill-Imħallef Anna Felice, ħareġ li l-Kunsill Lokali taż-Żejtun għandu jagħti s-somma ta’ €81,378 lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni għal xogħol li kien għamel lill-istess Kunsill.
Il-Qorti ċaħdet talba li saret mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li kien qed jgħid li m’għandu jagħti l-ebda flus lid-Dipartiment fuq il-bażi li t-talba mid-Dipartiment kienet preskritta u li x-xogħol ma kienx sar sew.
Fis-sentenza, il-Qorti qalet li l-Kunsill Lokali taż-Żejtun ma rnexxielux jipprova dan il-fatt u lanqas ma ġab provi biex jissustanzja dak li kien qed jallega. Għaldaqstant, il-Qorti ċaħdet it-talba tal-Kunsill taż-Żejtun u l-allegazzjoni li għamel u ddeċidiet favur id-Dipartiment.
//= $special ?>