Lokali

Konferenza b’fondi Ewropej mill-KNPD

Nhar l-Erbgħa li ġej il-Kummissjoni Nazzjonali Persuna b’Diżabbilita (KNPD) ser tkun qed torganizza konferenza miftuħa għal pubbliku bħala parti mill-proġett ‘Promoting the Social inclusion of Disabled Persons with Challenging Behaviour’; proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

Fil-konferenza li ser issir f’lukanda fil-Qawra ser ikun hemm bosta kelliema fosthom Dr. Tony Osgood, espert internazzjonali dwar it-tema. Mistennija jindirizzaw l-konferenza wkoll l-Ministru Michael Farrugia, s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, l-kelliem tal-opposizzjoni Stephen Spiteri u Arnold Cassolla mill-AD.

Il-proġett għandu bosta għanijiet fosthom it-taħriġ ta’ aktar minn 60 impjegat li jaħdmu fil-qasam u anke li tkun saret riċerka aġġornata marbuta mall-isfidi li tippreżenta t-tema.