Tul Triq ir-Repubblika fil-Belt dalgħodu sar il-bandu tradizzjonali tal-Imnarja li matulu tħabbar il-programm ta’ din il-tradizzjoni li din is-sena qed tingħata dehra ġdida mill-organizzaturi.
Il-bandu beda minn pjazza San Ġorġ u tela’ Triq ir-Repubblika sa quddiem it-Teatru.
Din is-sena l-festa tradizzjonali tal-Imnarja se tkun differenti minn ta’ qabel fosthom billi l-ġonna tal-Buskett se jkunu imqassma b’mod differenti minn dak li kien isir qabel.
Din l-organizzazzjoni se tinkludi wkoll l-użu ta’ żoni ġodda tal-ġonna tal-Buskett fejn fost l-oħrajn se tintuża ż-żona tal-picnic li se tkun imdawla apposta.
Din is-sena wkoll mistennija jkun hemm esebizzjoni rekord ta’ annimali waqt li l-attivitajiet se jibqgħu għaddejjin matul il-ġurnata tal-Imnarja sas-sitta ta’ filgħaxija.
//= $special ?>