Lokali

Attivita’ b’risq it-tfal fl-Etjopja

Bħala parti minn inizjattiva b’risq persuni fil-bżonn, il-grupp “Ġemgħa2Jimma&Beyond”, għaqda volontarja li toffri opportunita’ liż-żgħażagħ biex jagħmlu xogħol volontarju fl-Afrika, se tkun qed torganizza attivita’ b’mużika live fit-Tigne Lido Beachclub.

L-attivita’ se ssir xahar biss qabel ma erba’ żgħażagħ, membri ta’ dan il-grupp, se jmorru l-Etjopja, fil-belt ta’ Awassa. Hemmhekk se jkunu qed jorganizzaw kamp għat-tfal għal matul il-ġimgħat tas-sajf, filwaqt li se joffru wkoll għajnuna lis-sorijiet li jaħdmu fil-lokal, inkluż mal-morda.

L-attivita’ se ssir fit-28 ta’ Ġunju u tibda fit-8pm. Id-dħul huwa b’xejn, b’kull donazzjoni li tinġabar, inkluż permezz tax-xiri ta’ ikel jew xorb, se tissarraf f’fondi għax-xogħol missjunarju li jagħmel dan il-grupp.

Minbarra kant u mużika, matul l-attivita’ se tintwera wkoll il-logħba quarterfinal tat-Tazza tad-Dinja.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur https://www.facebook.com/events/804119296285822/?fref=ts.