Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose’ Manuel Barroso intalab biex jixhed quddiem il-Qorti Ewropea fil-każ tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli. F’dan il-każ, John Dalli kien, skont hu, mġiegħel jirriżenja mill-kariga ta’ Kummissarju Ewropew wara allegazzjonijiet li hu kien involut f’każ ta’ korruzzjoni fl-industrija tat-tabakk.
Ix-xhieda mistennija tinstema fil-Lussemburgu fis-7 ta’ Lulju. Fost l-oħrajn, minbarra Barroso u Dalli nnifsu, ntalbu biex jidhru quddiem il-Qorti anke l-Head of Cabinet ta’ Barroso, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċju Legali tal-Kummissjoni Ewropea, l-eks kelliem ta’ John Dalli kif ukoll l-eks Head of Cabinet ta’ John Dalli, l-Maltija Joanna Darmanin.
Is-sistema ġudizzjarja Ewropea qed tiprova tiddetermina jekk id-deċiżjoni ta’ Barroso li jitlob lil Dalli jirriżenja kenitx waħda legali. Dalli kien imġiegħel jirriżenja malajr minn Barroso f’Ottubru 2012. Sa minn meta r-riżenja, Dalli baqa’ jgħid li hu innoċenti u qal li hu kien vittma ta’ pjan biex l-attenzjoni titpoġġa fuqu, fl-istess żmien li kienet se titpoġġa fuq il-medja proposta ġdida għal direttiva aktar b’saħħitha kontra l-użu tat-tabakk.
Fl-aħħar xhur kien ġie żvelat li Martin Schulz, li kien il-kandidat tas-Soċjalisti għall-irwol ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea, fir-rwol tiegħu ta’ President tal-Parlament Ewropew neħħa paragrafu minn rapport tal-Kumitat tal-Baġit fil-Parlament Ewropew dwar il-każ ta’ John Dalli. Il-paragrafu li neħħa Schulz kien jinkludi kritika għat-tmexxija tiegħu stess.
//= $special ?>