Birkirkara F.C. iffirmaw żewġ plejers barranin ġodda. Dawn huma l-goalkeeper Spanjol Adrian Murcia Sanchez u l-midfielder offensiv Rafael Ledesma li t-tnejn bdew il-logħba tal-Ġimgħa kontra Valletta fil-Euro Cup .
Il-midfielder Brażiljan Rafael Ledesma għandu 31 sena u ffirma għal sena wara staġun pożittiv li kellu f’Ċipru ma’ Ethnikos Achna. Fl-istaġun li għadda hu lagħab 24 logħba fejn skurja wkoll żewġ gowls. Fl-2011/12 hu lagħab ukoll bħala, din id-darba mal-klabb tal-Litwanja Suduva fejn skorja 20 gowl.
Is-Sibt ukoll Birkirkara ffirmaw lill-goalkeeper Spanjol ta’ 26 sena Adrian Murcia Sanchez. Matul l-istaġun li għadda hu kien irreġistratt mal-klabb Spanjol UD Salamanca fis-Segunda B, it-tielet diviżjoni Spanjola.
Sanchez kien parti mill-kamp ta’ taħriġ li Birkirkara għamlu fi Franza u ħalla impressjoni tajba tant li ġie ppreferut fuq il-goalkeeper mill-Bosnia Mirzu Hamzabegovica li wkoll kellu prova mal-klabb Karkriż.
Birkirkara għad iridu jieħdu deċiżjoni wkoll fuq barranin oħra li kellhom prova mal-klabb, fosthom Lucky Josiah Omerou li wkoll tela’ fi Franza mal-kumplament tal-iskwadra.
Iktar tard matul il-ġurnata tal-Ħadd waslet ukoll il-firma tat-tielet akkiwst barrani tagħhom, Eliandro Gonzaga Dos Santos. Eliandro hu attakkant Brażiljan ta’ 24 sena li fl-istaġun li għadda kien jilgħab ma’ CD Nacional fil-Primeira Liga fil-Portugall. Hu mistenni jagħmel id-debutt tiegħu f’pajjiżna nhar it-Tnejn li ġej meta Birkirkara jaffrontaw lil Hibernians fil-Euro Cup.
Intant, wara li l-captain ta’ Birkirkara, Gareth Sciberras fl-aħħar jiem ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena, Birkirkara kkonfermaw lid-defensur ta’ 26 sena Joseph Zerafa li s-Sibt ġedded il-kuntratt tiegħu b’sentejn oħra.
//= $special ?>





