Internazzjonali

Eluf ta’ voluntiera joffru li jiġġieldu fl-Iraq

F’Bagdad, il-kapitali Iraqqina, eluf ta’ voluntiera offrew li jagħtu sehemhom fit-taqtiegħa kontra r-ribelli fit-Tramuntana tal-pajjiż.

ISIS, l-istat li dawn ir-ribelli qed jippruvaw iwaqqfu, qed joffri theddida dejjem tikber lil poplu Iraqqin, hekk kif sa dalgħodu, ir-ribelli kienu biss 40 mil ‘il boghod mill-kapitali Iraqqina, b’mijiet ta’ eluf jaħarbu mill-pajjiż.

Fil-qofol ta’ dan il-kunflitt hemm id-differenzi reliġjużi, bir-ribelli u l-ġellieda Sunni jiġġieldu l-istat Iraqqin immexxi mill-President Hassan Rouhani ta’ twemmin Xiita.