Mexxejja tal-partiti ċentru-xellug, fosthom Joseph Muscat, matul il-jum tas-Sibt iltaqgħu f’Pariġi biex forsi jintleħaq qbil dwar min għandu jingħata l-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea. Laqgħat simili minn partiti differenti ġew organizzati wkoll f’postijiet oħra fl-Ewropa, fosthom fl-Isvezja.
Id-diskussjonijiet se jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħamis, fost il-mexxejja kollha tal-Ewropa, li se jiltaqgħu fi Brussell għal summit ta’ jumejn biex jintleħaq qbil dwar din il-kariga.
Minkejja li l-Partit Popolari Ewropew kiseb l-ikbar numru ta’ siġġijiet fil-parlament, il-kandidatura ta’ Jean-Claude Juncker, f’isem dan il-partit, qed issib oppożizzjoni ħarxa minn ċertu pajjiżi, fosthom ir-Renju Unit.
//= $special ?>