Futbol Sport

Ikkonfermati l-uffiċjali tal-Youth FA

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Youth FA li saret is-Sibt, il-Youth Football Association ikkonfermat lill-uffiċjali għall-istaġun li jmiss biex b’hekk il-kumitat se jkun iffurmat minn Fr. Hilary Tagliaferro bħala President, lil Joe Cassar u Robert Attard bħala Viċi presidenti, lil Alfred Cacciottolo bħala Teżorier Onorarju u lil Joe Micallef bħala Segretarju Ġenerali.

Inħatru wkoll Mario De Battista ta’ Luxol St. Andrews, Godwin Aquilina ta’ Santa Venera Lightnings, Charles Cassar ta’ Rabat, Alex Pace ta’ Sliema Wanderers u Simon Spiteri ta’ Mtarfa F.C. li se jiffurmaw parti mill-Kunsill tal-YFA Council bħala rappreżentanti tan-nurseries għall-istaġun li għadda.