Futbol Sport

Il-kariga ta’ President ta’ Vittoriosa Stars estiża għal tliet snin

Il-membri  ta’ Vittoriosa Stars F.C. approvaw emenda ġdida fl-istatut biex il-kariga’ ta’ President tal-klabb tiġi estiża għal tliet snin. Dan wara li kif tħabbar fl-AĠM stess, numru ta’ konsorzji interessati li jinvestu fil-klabb irrimarkaw li dan iżid iktar l-istabbilta’ fit-tim.

Dakinhar kien tħabbar ukoll li konsorzju barrani jinsab interessat li jinvesti fil-klabb tant li fil-ġimgħat li għaddew, il-President Erskine Vella u t-Team Manager Marlon Galea kienu Milan biex jiltaqgħu ma’ dan il-konsorzju. Il-President Vella qal ukoll li membri ta’ dan il-konsorzju kienu f’pajjiżna fejn raw l-assi tal-klabb u l-opportunitajiet marbuta miegħu.
Fil-laqgħa tal-kumitat inħatru wkoll il-karigi għas-sena 2014/15 li se jkunu kif ġej:
President: Erskine Vella
Direttur Ġenerali: Felice Bellini
Viċi President: Simon Borg
Segretarju: Jonathan Vella
Ass Segretarju: Lawrence Laurence Seychell
Ass Segretarju u Delegat Sostitut tal-MFA: Joseph Ludwig Cassar
Kaxxier: Jeffrey Grixti
Ass Kaxxiera: Caroline Borgbartolo
Delegat MFA: Marlon Galea
Membri: Brian Busuttil , Matthew Raggio , Renald Ciantar , Joseph Formosa , Roderick Pizellu Privitelli, Lawrence Mifsud.