Futbol Sport

L-Ekwador tikseb it-tliet punti minn fuq il-Ħonduras

Doppjetta ta’ Enner Valencia matul il-logħba kontra l-Ħonduras ħalliet lill-Ekwadorjani fil-vantaġġ sat-tisfira finali. F’din il-logħba, l-Ekwador rebħet lill-Ħonduras bl-iskor ta’ 2-1.

Matul il-logħba, il-plejers tal-Ħonduras dehru li setgħu joffru xi sorpriża oħra, tant li skorjaw fit-30 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa l-kbira minn Carlo Costly. Madankollu, imqar tliet minuti wara, l-Ekwadorjani ġabu r-riżultat draw b’gowl ieħor ta’ Enner Valencia.

Iż-żewġ timijiet żammew bejniethom il-kontijiet bilanċjati sakemm ma gowl ieħor minn Enner Valencia, 25 minuta qabel it-tmiem, tefa’ lill-Ekwadorjani f’dillirju ta’ ferħ bir-rebħa ta’ 2-1.