Apoloġija mqanqla mill-mexxejja tal-Knisja Kattolika fi Krakovja, il-Polonja, hekk kif matul il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt organizzaw konferenza dwar l-abbuż tas-saċerdoti fuq it-tfal.
Waqt quddiesa li fiha attendew kemm qassisin kif ukoll vittmi tal-abbuż, l-isqfijiet tal-Polonja talbu l-maħfra talli għal żmien twil injoraw din il-problema.
Fost dawk preżenti attendew ukoll esperti fil-psikjatrija tat-tfal mill-Ġermanja u l-Istati Uniti.
Il-quddies saret wara bibien magħluqa, bil-midja titħalla tidħol biss fil-bidu taċ-ċerimonja.