Futbol Sport

Nadur Youngsters jiffirmaw żewġ plejers

Wara l-konferma ta’ Gotthard Conti bħala kowċ u lil Jamie Enriquez bħala Team Manager tal-klabb, Nadur Youngsters komplew isaħħu l-iskwadra meta s-Sibt iffirmaw żewġ plejers; lil Joseph Grima u Joseph Vella.

10447153_463873807048410_4193260327953242519_n

Joseph Vella, is-Sistu, għandu 23 sena u jilgħab fil-pożizzjoni ta’ midfielder avvanzat. Dan se jkun ritorn għal Grima ma’ Nadur waqt li fl-istaġun li għadda hu lagħab ma’ S.K. Victoria Wanderers u fil-passat lagħab ukoll ma’ Xagħra United.
Anke’ għal Joseph Grima, li għandu 21 sena, dan se jkun ritorn ma’ Nadur Youngsters, il-klabb li tela’ minn nursery tiegħu. Hu se jkun akkwist importanti għal dan il-klabb għax kapaċi jilgħab f’diversi pożizzjonijiet tal-midfield. Fl-istaġun li għadda Grima lagħab għal Munxar Falcons.
Intant ir-rivali Xewkija Tigers ikkonfermaw lil Dene Shields, l-attakkant Skoċċiż ta’ 31 sena, għal staġun ieħor. Shields kien pedina importanti ħafna għal Xewkija matul l-istaġun li għadda u l-gowls tiegħu wittew it-triq għar-rebħ tal-Kampjonat Għawdxi tal-Ewwel Diviżjoni.
dene_shields_2