Il-midfielder ta’ 21 sena ta’ Juventus Paul Pogba, li bħalissa jinsab impenjat fit-Tazza tad-Dinja man-nazzjonal Franċiż, ingħaqad ma’ Chelsea fl-Ingilterra.
Imma għas-serħan tal-moħħ ta’ ħafna Juventini, li għal xhur sħaħ ilhom jaqraw aħbarijiet dwar offerti multi-miljunarji minn klabbs bħal PSG u Real Madrid, qed nitkellmu biss fuq Football Manager – logħba li tagħti kontroll assolut lil persuna biex jikkontrolla mill-bidu sal-aħħar klabb tal-għażla tiegħu.
Filfatt dan joħroġ minn ritratt ippublikat mill-Federazzjoni Franċiża tal-Futbol, l-FFF, li juri lil Pogba jilgħab Football Manager bil-klabb ta’ Chelsea fuq l-ajruplan lura lejn il-bażi Franċiża fil-Brażil, ftit wara r-rebħa tal-istess Franza fuq l-Iżvizzera, bl-iskor ta’ 5-2.
U propju fil-midfield jidher l-istess Paul Pogba fil-line-up tal-logħba bejn Chelsea u Arsenal.
//= $special ?>


