Internazzjonali

Protesti fl-Afganistan: allegat frodi fl-ewwel elezzjoni demokratika

Iktar protesti, din id-darba fil-kapitali tal-Afganistan, Kabul, belt li f’dawn l-aħħar jiem iddominat l-aħbarijiet internazzjonali minħabba li fil-pajjiż saru l-ewwel elezzjonijiet demokratiċi fl-istorja.

Il-protesti qed isiru minħabba allegat frodi kontra l-kandidat presidenzjali Abdullah Abdullah, li ibbojkotja l-elezzjoni, bl-attivisti tiegħu jitolbu ġustizzja.

Dan hekk kif, fi ftit xhur oħra, il-qawwiet Amerikani beħsiebhom jħallu għal kollox dan il-pajjiż, wara 13-il sena ta’ gwerra kontra t-Taliban.