Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 52 sena, residenti Santa Luċija, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa kien involut f’inċident stradali fi Triq San Anard, iż-Żejtun.

Minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn vettura ta’ tip Toyota Starlet li kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 71 sena u r-rota misjuqa minn dan ir-raġel ta’ 52 sena.

Il-vittma ttieħed immedjatament l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmatha l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntat.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.