Gowl ta’ Peter Odemwingie kien l-uniku wieħed matul id-90 minuta bejn in-Niġerja u l-Bożnja Ħerzegovina, biex tal-ewwel rebħu 1-0 u tal-aħħar spiċċaw barra mill-fażi li jmiss tat-Tazza tad-Dinja. Il-gowl ta’ Odemwingie fit-28 minuta wassal għall-ewwel rebħa tan-Niġerjani fl-istorja tagħhom fil-finali ta’ dan it-turnament sa mill-1998 ‘il hawn.
Madankollu, ir-riżultat ma weriex ġustizzja mal-Bożnijaċi, li madwar tmien minuti qabel il-gowl li ta t-tliet punti lin-Niġerjani raw gowl tagħhom, minn Edin Dzeko, jitħassar inġustament minħabba dak li ġie meqjus bħala offside.
Din ir-rebħa tfisser ukoll li n-Niġerja għandha bżonn biss draw mal-Arġentina jew nuqqas tal-Iran milli jirbħu lill-Bożnijaċi biex tikkwalifika għar-rawnd li jmiss.
//= $special ?>

