Bħala parti miż-żjarat li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel matul il-jum tal-Ħadd, tispikka wkoll iż-żjara tiegħu f’San Gwann fejn, f’attivita’ organizzata mill-Kunsill Lokali, kellu c-cans jitlaqa’ ma’ numru ta’ sidien tal-annimali.
L-attivita’ saret fil-bini tal-iskola primarja ta’ San Gwann, u leħqet il-qofol tagħha bit-tberik tal-annimali.
F’kummenti lil dan l-istazzjon, is-Sindku ta’ San Gwann, Etienne Bonello Dupuis, spjega kif din l-attivita’ tirrikjedi hafna preparamenti, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom. L-għan tal-attivita’ kien li tinħoloq iktar promozzjoni dwar l-annimali u t-trobbija tagħhom.
Intant, b’rabta mal-istess tema, f’Ħal Għaxaq is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes faħħar inizzjattiva tar-residenti ta’ din il-lokalita’, li wasslet biex biċċa art mitluqa fil-ġemb tal-bypass issa se tinbidel għal post li jagħti ġieħ lill-annimali.
Fil-fatt, f’dan il-post huwa mistenni li jiġi inawgurat l-ewwel monument f’Malta li jagħti ġieh lill-annimali, progett li juri s-sens civiku tas-soċjeta’ lejn l-annimali u l-bżonn biex dawn ma’ jiġux maħqura.
Dan il-monument se jkun qed jiswa madwar 13-il elf ewro, ssomma li mistennija tintlaħaq ukoll permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Huwa rringrazzja wkoll lill-partiti politiċi talli appoġġjaw dan il-progett.
//= $special ?>