“Is-solidarjeta’ mhix sempliċiment opra ta’ karita’. Hija obligu, biex fis-soċjeta’ tagħna nieħdu ħsieb lil min hu fil-bżonn” – dan kien kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil waqt żjara li għamel fid-Dar tal-Providenza waqt sessjoni ta’ taħrig għall-maratona tal-Volleyball.
Preżenti kien hemm ukoll il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar, flimken ma’ Stephen Spiteri, kelliem għall-Oppożizzjoni fuq ix-Xogħol u d-Drittijiet għal Persuni b’Diżabilita’ u s-Sindku tas-Siġġiewi, Karol Aquilina.
Simon Busuttil awgura mill-qalb lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr. Martin Micallef, u liż-żgħażagħ kollha li jaħdmu bla heda biex jinġabru l-fondi b’risq ir-residenti ta’ din id-dar, li fiha jsir tant ġid. Hu qal li hemm bżonn li fil-pajjiż ikun hemm iktar nies bħal dawn, li jagħtu minn qalbhom għall-oħrajn.