Mara ta’ 46 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn għoli f’Għajnsielem.
Il-mara ta’ nazzjonalita’ Ingliża residenti n-Nadur Għawdex waqgħet minn għoli waqt li kienet fi Triq ix-Xatt, Għajnsielem, Għawdex għal ħabta tat-8.15pm. Hi waqgħet fi triq li tinsab madwar għaxar piedi aktar ‘l isfel mit-triq prinċipali.
Il-mara ttieħdet immedjatament l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ Ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa, iżda peress li l-kundizzjoni tagħha qalbet għall-agħar hija ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>