Lokali

Raġel abbord double decker iweġġa’ f’inċident f’San Ġiljan

Turist ġarrab feriti gravi f’rasu wara inċident li seħħ għal ħabta tat-3 ta’ wara nofsinhar f’Paceville, San Ġiljan. L-inċident seħħ hekk kif vettura double decker, li ġġorr it-turisti, kienet għaddejja minn taħt il-pont tal-kumpless kummerċjali ‘Baystreet’.

Jidher li wieħed mit-turisti li kienu bilqegħda fuq it-tieni livell tal-vettura qam bilwieqfa. Dan wassal biex il-persuna ħabbtet rasha mal-pont.

Fil-post wasslu l-ambulanza u membri tal-protezzjoni ċivili, li offrew għajnuna medika fuq il-post. Bdew isiru wkoll il-preparamenti biex il-pazjent jitpoġġa fuq stretcher apposta li jipproteġieh minn ċaqliq matul il-vjaġġ tiegħu lejn l-isptar.

10469225_10154268789275290_6683928985648847912_n

Is-sitwazzjoni kkumplikat ruħha hekk kif kien hemm bżonn ta’ apparat apposta biex jitniżżel minn fuq il-vettura għolja.

Il-proċess ħa madwar siegħa u l-pazjent ittieħed l-isptar Mater Dei fejn qed jirċievi l-kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ.

incident 123