Lokali

Aġġornata: Ħaddiem tal-kostruzzjoni jaqla’ daqqa ta’ nvell mingħand kollega tiegħu wara argument fil-‘hangar’ tal-Ajruport

Il-Pulizija qed tinvestiga argument li seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10am, fil-hangar tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li l-argument kien bejn żewġ ħaddiema tal-kostruzzjoni, raġel ta’ 22 sena minn Ħal Qormi u ieħor ta’ 18-il sena minn Birżebbuġa, li kienu qed jagħmlu xi xogħol fil-post.

L-informazzjoni li għandna tgħid li l-argument iggrava sew, tant li l-ħaddiem ta’ 18-il sena ta daqqa ta’ nvell lill-ħaddiem l-ieħor. Il-vittma, ta’ 22 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief.